Lokali

Il-ħaddiema tal-Enemalta fil-qofol ta’ diskussjonijiet li l-Oppożizzjoni se tagħmel mal-unions

Il-ħaddiema tal-Enemalta u l-familji tagħhom bħalissa għaddejjin minn inċertezza kbira, hekk kif qed jinsistu li t-take-home-pay tagħhom se tkun qed tintmiss, filwaqt li qed jintbagħtu jaħdmu f’postijiet oħrajn b’mod li mhux kulħadd qed jingħata l-istess opportunitajiet.

F’dan id-dawl, ix-Shadow Minister tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Therese Comodini Cachia u x-Shadow Minister tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Trasport Marthese Portelli, aktar kmieni llum bagħtu ittra (stampa isfel) lill-unions kollha li għandhom ħaddiema-membri fl-Enemalta. Fl-ittra, huma talbu li ssir laqgħa urġenti dwar is-sitwazzjoni li qed tiżviluppa.

Għall-Oppożizzjoni, id-dinjità tal-ħaddiema kollha, inkluż dawk tal-Enemalta, hi prijorità. Għaldaqstant, l-Oppożizzjoni wegħdet li se tibqa’ taħdem u tinsisti li kull ħaddiem ikollu kundizzjonijiet tajba u l-paga li tixraqlu.

Ittra PN lill-unions Haddiema Enemalta 190215