Dalgħodu fil-media internazzjonali kienu ppublikati ritratti tal-kantanta Beyonce bil-make-up imma mhux irranġati bil-photoshop. Biex b’hekk f’dawn ir-ritratti Beyonce kienet qed tidher b’ċertu imperfezzjonijiet fil-ġilda li għal ħafna, l-aktar tfajliet, huma affarijiet normali. Iżda żgur li mhux normali għal din il-kantanta hekk kif bħal ċelebritajiet oħrajn, fir-reklami mdorrijin narawhom b’ġilda u figura perfetta. Dawn ir-ritratti wasslu għal ħafna reazzjonijiet madwar id-dinja fosthom li m’hemm xejn ħażin fihom għaliex wara kollox Beyonce hi mara bħall-oħrajn. Kien hemm imbgħad min jaħseb li Beyonce imissha tistħi taċċetta li r-ritratti tagħhha jkunu rranġati meta madwar id-dinja għal ħafna din il-kantanta hi idolu.
//= $special ?>Il-kantanta Beyonce tħalli lill-ħafna madwar id-dinja bla kliem !
19 ta' Frar 2015

You may also like
AKTAR STEJJER
MORE ARTICLES