Żjara mill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil kienet karatterizzata minn diversi ilmenti ta’ residenti dwar proġetti li beda Kunsill immexxi mill-Partit Nazzjonalista, iżda li ma tkomplewx mill-Kunsill Lokali immexxi mill-Partit Laburista.
Akkumpanjat mill-Kunsilliera tal-Partit Nazzjonalista f’Ħal Safi u l-Kandidati għall-elezzjoni tal-11 ta’ April, Simon Busutttil żar Ġnien Alexander Ball u Triq il-Kuċċard, fejn proġett ta’ by-pass li kien diġà beda, baqa’ ma twettaqx għalkemm issa qed jinbena ċint.
Residenti ta’ din it-triq tkellmu mal-Kap tal-Oppożizzjoni u esprimew id-diżappunt tagħhom li dan il-ħajt se jkun qed itellef il-veduta mill-isbaħ li għandhom ir-residenti. Il-pjani kienu li Ġnien Alexander Ball jinfetaħ għall-pubbliku, iżda lanqas dawn il-pjani ma tkomplew, tant li llum m’għadux attrazzjoni kif jixtraqlu.
Flimkien mal-Kunsilliera u l-Kandidati, kif ukoll il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Kunsilli Lokali David Agius, Simon Busuttil żar diversi zoni fiċ-ċentru tal-lokal, fejn enfazizza l-importanza li dawn iz-zoni jibqgħu jinżammu fl-aqwa kundizzjoni.
//= $special ?>