Iċ-ċentru ta’ Ruma għaddha minn straġi sħiħa wara li partitarji tal-klabb Olandiż Feyenoord iġġieldu għall-sigħat mal-Pulizija fil-kapitali Taljana. Il-kaos kien il-preludju għal-logħba tal-Europa League bejn Roma u Feyenoord li għaddejja bħalissa, u meta l-iskor parzjali bħalissa hu wieħed 1-1.
Il-vjolenza madwar diversi siti simboliċi tal-belt eterna kienet tixbaħ xena minn xi żoma tal-gwerra, bil-partitarji ta’ Feyenoord jitfgħu l-flares u l-ġebel lejn il-Pulizija fi Piazza di Spagna.
Sadanittant, il-funtana famuża ta’ Barkaċja, tal-iskultur Bernini, ġarrbet ħsarat kbar fost il-battalji kontinwi.
Il-Pulizija tal-irvellijiet ferrxu ‘l partitarji, imma b’diffikulta’ kbira, b’numru ta’ Olandiżi jisfaw feruti jew arrestati.
Saħansitra saru xi arresti fil-lejl tal-Erbgħa, wara li l-partitarji Olandiżi kienu nvoluti f’aktar konfronti violenti f’Campo dei Fiori. Kelliema għall-awtoritajiet Taljani qalu li l-inċidenti ħallew lil Ruma “daqs li kieku belt feruta”.
Min-naħa tiegħu s-Sindku Iniazio Marino qal li l-inkwiet mhux se jieqaf hawn u mhux eskluż li jinqalgħu aktar inċidenti ma’ tmiem il-logħba.
//= $special ?>