Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li għandu jingħata iktar ċans lid-diplomazija fil-Libja anki wara d-dikjazzjoni tal-mibgħut speċjali tan-Nazzjonijiet Magħquda Bernardino Leon li wkoll iddikjara li għad hemm lok għal soluzzjoni diplomatika.
F’kummenti li ta dalgħodu, il-Prim Ministru qal li l-pajjiżi kollha qed jaqblu fuq il-ħtieġa ta’ intervent tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Libja, għalkemm għad irid ikun hemm qbil dwar x’tip ta’ intervent għandu jkun hemm.
Dwar il-Maltin li għadhom fil-Libja, l-Prim Ministru qal li dawn baqgħu fil-pajjiż kontra l-parir tal-gvern Malti.
Jirriżulta, sostna l-Prim Ministru, li hemm numru żgħir ta’ Maltin li wrew xewqa li jirritornaw Malta. Hu ċaħad li hemm theddida imminenti mill-ISIS fuq Malta iżda dan ma jfissirx li l-Forzi Armati Maltin mhumiex attenti għal kull eventwalita.
//= $special ?>