Qorti

It-tiġieġa kienet klassifikata bħala “soft food” iżda wara l-mewt ma baqgħetx

Tiġieġa kienet klassifkati bħala “soft food” fil-perjodu li pazjent anzjan f’Karin Grech kien qed jiġi rikoverat, u li l-istess anzjan miet meta dan faga’ f’tiġieġa. Wara l-mewt tiegħu tiegħu, t-tiġieġ ma baqax jiġi klassifkat b’dak il-mod, jiġifieri li huwa meqjus bħala ikel artab.

Din l-informazzjoni ngħatat minn Katya Gauci, infermiera fl-istess sptar. Hija qalet li t-tieġiġa sa dak l-inċident kienet meqjusa bħala waħda mhux ta’ periklu għall-pazjenti li kienu fuq dieta “soft food”, iżda din u xi proċeduri oħra rigward l-ikel inbidlu wara l-mewt ta’ John Darmanin.

Gauci kienet qed tixhed fil-kumpilazzjoni ta’ żewġ infermiera u ‘nursing aide‘ bi qtil involontarju ta’ Darmanin. L-infermiera akkużati huma Maria Bondin ta’ 57 sena minn Raħal Ġdid u David Sant ta’ 30 sena mill-Għargħur waqt li n-‘nursing aide’ hija Carol Bonnici ta’ 55 sena mis-Siġġiewi. Il-pazjent kien jbati bid-dimenzja u miet meta faga f’biċċa tiġieġa fi7 ta’ Marzu, 2012, wara li hu kien spiċċa nieqes mis-sala tiegħu.

Wara huwa kien instab fil-kamra tal-banju tas-sala u ngħata wkoll in-nifs artifiċjali u dan għal madwar nofs siegħa, qabel ma kien iddijarat mejjet.

Katya Gauci, infermiera li dak iż-żmien kienet qed taħadem fis-sala tal-vittma qalet li hija kienet qed taħdem fuq is-soddod allokati lilha meta waħda mill-akkużati Bonnici, qaltilha biex tgħinha minħabba l-fatt li Darmanin ma setax jinstab, u li mhux l-ewwel darba li dan ipprova jħalli s-sala fil-passat.

Gauci, qalet li kien David Sant li kellu l-inkarigu biex jieħu ħsieb lil Darmanin, iżda dak il-ħin Sant kien mar għal break tiegħu, ta’ 45 minuta, u ta l-“handover”, fejn qalilha li l-pazjenti tiegħu kien tajbin (“okay”). Ix-xhud qalet li madwar 10 minuti wara li Sant telaq, Carol Bonnici bdiet tgħajjat għal għajnuna minħabba li Darmanin ma setax jinstab. Wara dan instab wiċċu l-isfel fil-kamra tal-banju. Qal li l-anzjan ma beda jirrispondi iżda kien hemm demm u lanqas remettar. Ħalqu kien miftuħ u beda’ ħiereġ il-bżieq.

L-istaff tal-isptar għenu fejn refgħuh lejn is-sodda tiegħu u li hi bdiet tagħtih fuq sidru. Hija qalet li ma kienitx rat il-polz tiegħu, iżda semgħet lil xi ħadd jgħid li beda jinħass xi ħaġa mal-polz. Qalet li ġabu t-“trolley” tal-emerġenza, amministraw fuqu xi ossiġnu, u anke CPR għal madwar 25 minuta, qabel mat-tabib tas-sala, li nzerta li kien hemm dak il-ħin, iċċertifikah mejjet. Hija qalet ukoll li tat struzzjonijiet biex iċemplu mill-ewwel lil mara tal-mejjet.

Mistoqsija jekk Darmanin kellux ikun taħt superviżjoni stretta. Gauci qalet li huwa kien taħt ħarsien kontnwu meta kien fl-isptar Mater Dei, iżda l-ordni li kien hemm Mater Dei dwar dan ma kienitx tgħodd għal Karin Grech.

Gauci qalet li l-ikla li faga fiha Darmanin, kienet magħżula tliet ijiem qabel, iżda ma setgħetx tgħid min kien li għażel dik l-ikla speċifika. Qalet li ħadd ma qal xejn fuq it-tiġieġ u dan għax din kienet klassifikata bħala ‘soft food’ u tajba għal pazjenti li kienu jinsabu fuq din id-dieta.

Minn dak inhar ‘l hawn l-ikel lill-pazjenti qed jingħata fil-preżenza tal-infermiera li jkunu assenjati magħhom. Mistoqsija fuq min ibeddel dawn il-proċeduri Gauci qalet li din hija l-preogattiva tal-Management u li t-tliet akkużati ma jagħmlux parti mill-Management.

Ħu Darmanin, Paul, xehed ukoll u spjega kif darba minnhom, meta mar iħur lil ħuh, huwa kien innota li fil-platt tiegħu kien hemm il-“brussel sprouts”. Dan inhar kienet l-infermiera li neħħithomlu minn ħalqu, għax ħuh mhux suppost kien jiekol dan it-tip tas’ ikel.

Il-Maġistratt Anthony Vella ordni li l-files mediċi ta’ Darmanin u l-files amministrattivi tas-sala medical jiġu esebiti fil-Qorti. L-Ispettur Geoffrey Azzopardi qed imexxi l-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukati Lucio Sciriha, Steve Tonna Lowell u Kris Scicluna qegħdin jidhru għall-akkużati. L-Avukat Stefano Filletti qed jidher għan-nom tal-familja Darmamin.