Lokali

Jintlaqgħu iktar nomini għall-Kunsilli Lokali

Illum komplew jintlaqgħu n-nomini għall-Kunsilli Lokali. In-nomini se jintlaqgħu sa għada l-Ġimgħa fl-Uffiċċji tal-Kummissjoni Elettorali, f’Evans Building il-Belt u fl-Uffiċċju tal-Karta tal-Identità fir-Rabat Għawdex, bejn id-9am u s-1pm, kif ukoll bejn it-3pm u s-7pm. In-nomini qed jintlaqgħu għal min irid jikkontesta fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali f’34 lokalità madwar Malta u Għawdex.

Sal-lejla, intefgħu b’kollox 287 nomina: 152 f’isem il-Partit Nazzjonalista, 125 f’isem il-Partit Laburista, 7 f’isem l-Alternattiva Demokratika u 3 Indipendenti.