Lokali

Kera żewġt kmamar ta’ lukanda fuq ismu

L-Inġinier Frederick Azzopardi li s-sena l-oħra kien ġie appuntat Chairman u anke Kap Eżekuttiv tal-Korporazzjoni Enemalta qal quddiem il-Maġistrat Audrey Demicoli li l-ex Chairman tal-Enemalta Alex Tranter kerha żewġt kmamar għalih fil-lukanda Hilton ta’ Londra.

Dwar dan ix-xhud qal li huwa jaf dan kollu meta fittex ir-records tal-Enemalta qabel ma xehed fil-Qorti u kkonferma li fl-1 Jannar 2014 inħatar kien inħatar Kap Eżekuttiv tal-Enemalta u fit-26 ta’ Awwissu li għadda nħatar Chairman tal-istess Korporazzjoni.

Frederick Azzopardi kien qed jixhed fl-każ ta’ Alex Tranter, ex Chairman tal-Korporazzjoni Enemalta, mixli li għamel użu ħażin minn fondi pubbliċi u ta’ miżappropjazzjoni tal-istess fondi. Tranter ta’ 52 sena, residenti s-Swieqi, qed iwieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.

Mill-investigazzjoni li għamlet li skwadra tal-Pulizija ta’ kontra l-Frodi mmexxija mill-Ispettur Jonathan Ferris flimkien mal-Ispettur Ian Abdilla, il-Prosekuzzjoni qalet li Tranter wettaq dawn ir-reati fuq “allowances” li kellu fejn jidħol divertiment, u li dan eċċedihom b’mod konsiderevoli.

Allegatament l-ex Chairman tal-Enemalta nefaq flus permezz ta’-“credit cards”, fuq safar, ospitabbilita’ u akkomodazzjoni fiż-żmien il-ħames snin li huwa għamel bħala Chairman. Dan biex jiffaċifilta’ l-infieq tiegħu. Skont il-Prosekuzzjoni, l-ex Chairman tal-Enemalta, kien juża l-aċċesss għal meta kien jattendi konferenzi u seminars f’isem il-Korporazzjoni kemm Malta u barra minn Malta.

L-Inġineer Azzopardi, li kien l-unika xhud fil-kumpilazzjoni tal-Ħamis qal li huwa kien jaħdem bħala Chief Inġinier mal-Gvern u kien ilu jaħdem hemm sa mill-1997. Qal li fl-2008 kienet ħarġet memo dwar kif għandhom jintefqu l-flus, mhux biss għal tal-Enemalta, iżda għall-Korporazzjonijiet kollha, nkluż għal Chairman eżekuttiv u Chairman mhux eżekuttivi. Tranter ma kienx Chairman eżekuttiv.

Ix-xhud qal li kienu nbidlu ċertu regolamenti fejn jidħlu spejjeż minfuqa u dan minn Jannar tal-2008. Qal li anke hu llum qed jimxi ma’ dawn ir-regolamenti. Qal li bħal Tranter huwa wkoll mar l-“I.P.” week Londra, li huwa avveniment ta’ taħlit bejn nies li huma nvoluti fiż-żejt, u li l-Enemalta hija nvoluta u tkun mistiedna.

Ix-xhud qal li din hija ġimgħa fejn il-“petroluemn companies” u min jixtri ż-żejt jiltaqgħu. Hemm ikun isiru ħafna “parties”, ikliet ta’ nofs inhar u ikliet ta’ filgħaxija. Qal li anke persuni li jkunu fuq il-“fuel procurment committee”

Ix-xhud esebixxa fil-Qorti r-“records” li għanda l-Enemalta tal-2010, meta kien mar Tranter Londra fl-I.P. week. Qal li dak inhar kienu marru Antoine Galea, il-kontrollur Fianzjarju u Janice Mallia, Manager tal-Enemalta. Qal li dawn telgħu f’dati differenti minn ta’ Tranter. Huwa tkellem ukoll dwar ċerta Bronia Mercieca, l-Assistenza Personali ta’ Tranter li din ma kienitx fuq il-vjaġġ ma’ Antoine Galea u Janice Mallia. Mercieca kienet bil-leave u marret ukoll għall-konferenza.

L-Inġinier Frederick Azzopardi qal li l-Korporazzjoni Enemalta ħallset għal erba’ kmamar meta suppost telgħu tlieta uffiċjali. Fuq il-Hilton, qal ix-xhud l-Enemalta kienet ħallset għal żewġt iljieli s-somma ta’ £2,217 u dan permezz tal-VISA ta’ Tranter. Qal ukoll li f’każijiet straordinarji l-Kap Eżekuttiv jista’ jonfoq permezz ta’ “direct order” sa €6,000.

Waqt il-kontro-eżami x-xhud qal li hu ma jafx x’disskusjonijietr kienu għaddew bejn is-CEO u ċ-Chairman daż iż-żmien għax ma kienx jaħdem hemm imma kien qed jitkellem kif kienu l-affarijiet fl-2008 u li suppost baqgħu l-istess sal-lum.

Tranter kien irreżenja minn “Chairman” tal-Enemalta f’Marzu tal-2010. Huwa kien irreżenja b’mod volontarju mill-Enemalta wara li kien mar jaħdem barra minn Malta ma’ kumpanija multinazzjonali f’pożizzjoni ta’ Senior Manager. Il-kumpilazzjoni se tkompli fis-26 ta’ Marzu li ġej fil-11.00 a.m.