Skont il-Prim Ministru Libjan Abdallah Al Thani, il-membri tal-ISIS u tal-Boko Ħaram ingħaqdu jew ser jingħaqdu ma’ gruppi terroristiċi fil-Libja waqt li qed joqorbu dejjem iktar lejn il-fruntiera mat-Tuneżija.
Al Thani kien qed jitkellem f’intervista fuq l-istazzjon Tuneżin tar-radju Express FM. Spjega li l-attakki bl-ajru mill-Eġittu fuq żoni maħkuma mill-Istat Iżlamiku, seħħew bl-approvazzjoni tal-Gvern Libjan u li l-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti rrifjuta li jagħti armi lill-istat Libjan biex jiġġieled it-terroriżmu.
Sadattant, it-Tuneżija bagħtet suldati tagħha matul il-fruntiera mal-Libja, kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar. L-armata ġiet imsaħħa b’membri ta’ korpi oħra bil-għan li jiddefendu lill-pajjiż minn “theddid possibbli għall-integrità territorjali”, u biex jevitaw li jidħlu terroristi.
L-armata Tuneżina hi ffurmata minn 27,000 suldat, 4,000 fil-forzi tal-ajru u 4,500 oħra fis-sezzjoni marittima.
//= $special ?>