Il-Prim Ministru Joseph Muscat sostna li għandu jingħata aktar ċans lid-diplomazija fil-Libja, anke wara d-dikjazzjoni tal-Mibgħut Speċjali tan-Nazzjonijiet Uniti Bernardino Leon, li wkoll iddikjara li għad hemm lok għal soluzzjoni diplomatika.
F’kummenti li ta dalgħodu, Muscat qal li l-pajjiżi kollha qed jaqblu fuq il-ħtieġa ta’ intervent tan-NU fil-Libja, għalkemm għad irid ikun hemm qbil dwar x’tip ta’ intervent għandu jkun hemm. Dwar il-Maltin li għadhom fil-Libja, il-Prim Ministru qal li dawn baqgħu fil-pajjiż kontra l-parir tal-Gvern Malti.
Jirriżulta li hemm numru żgħir ta’ Maltin li wrew xewqa li jirritornaw Malta. Il-Prim Ministru ċaħad li hemm theddida imminenti mill-ISIS fuq Malta, iżda dan ma jfissirx li l-Forzi Armati ta’ Malta mhumiex attenti għal kull eventwalità.
//= $special ?>