Lokali

NEWSDESK: L-inċertezza fost il-ħaddiema tal-Enemalta

Id-diskussjoni ta’ nhar il-Ġimgħa waqt il-programm Newsdesk immexxi mill-ġurnalist Jerome Caruana Cilia se tkun dwar se tkun dwar l-Enemalta. Se nitkellmu kemm dwar il-bini tal-powerstation il-ġdida u anke s-sitwazzjoni ta’ inċertezza li jinsabu fiha l-ħaddiema. Il-mistiedna se jkunu x-shadow minister tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Therese Comodini Cachia u l-opinjonista Gejtu Vella.

X’qed tagħmel il-GWU mal-ħaddiema tal-Enemalta? Joseph Muscat x’wiegħed lill-ħaddiema tal-Enemalta qabel l-Elezzjoni Ġenerali? X’sar minnu l-bini tal-powerstation il-gdida li kellu jkun lest sax-xahar id-dieħel?

Newsdesk: Mit-Tnejn sal-Ġimgħa fil-5pm fuq Radio 101

Tista’ tipparteċipa b’mod LIVE billi ċċempel fuq 21230101, tibgħat SMS fuq 50613101 jew e-mail fuq studio@radio101.com.mt.