Lokali

Saċerdot tal-Kopti Ortodossi tal-Eġittu jingħaqad mal-Isqof Scicluna f’pellegrinaġġ

Is-saċerdot tal-Kopti Ortodossi tal-Eġittu, Abouna Boulos Elsouriany, ingħaqad mal-Amministrattur Appostoliku Charles J Scicluna f’pellegrinaġġ penitenzjali li sar ilbieraħ filgħaxija, f’Ras ir-Randan, fiż-Żejtun.

Il-pellegrinaġġ kien mill-knisja ta’ San Girgor għall-knisja parrokkjali taż-Żejtun fejn saret quddiesa li matulha sar ir-rit tat-tqegħid tal-irmied.

Is-saċerdot tal-Kopti Ortodossi tal-Eġittu ngħaqad fil-pellegrinaġġ fuq stedina tal-Isqof Scicluna, b’turija ta’ solidarjetà mal-Kopti Nsara Eġizzjani wara l-qtil makabru fil-Libja ta’ 21 persuna.