Lokali

29 spettur ġdid fil-Korp tal-Pulizija

Il-Korp tal-Pulizija għandu 29 Spettur ġdid, 3 minnhom minn barra l-korp u sebgħa minnhom pulizija nisa.

Huma ħadu l-ġurament tal-kariga ġdida tagħhom f’ċerimonja li saret il-Ġimgħa wara nofsinhar, u li għaliha attenda l-Ministru tal-Ġustizzja Carmelo Abela, kif ukoll il-Kummissarju Michael Cassar.

Bħala parti mill-inkarigu ġdid tagħhom, dawn l-uffiċjali issa qed jattendu wkoll għal kors ta’ sena; dak tad-Diploma in Policing fl-Universita’ ta’ Malta.

Fid-diskors tiegħu l-Kummissarju tal-Pulizija Michael Cassar qal li l-intenzjoni tal-Korp hi li ssir għaqda bejn ix-xogħol reali tal-uffiċjali mal-parti akkademika fil-ħajja.

Qal li l-promozzjoni tagħhom hi qabża għal nofs il-ġerarkija tal-Korp, li ġġib magħha responsabbiltajiet ġodda u ikbar.

Anke’ l-Ministru Abela faħħar il-kuraġġ ta’ dawn l-uffiċjali, li issa għandhom responsabbiltajiet ikbar. Fakkarhom li l-uniformi tagħhom tfisser qadi lejn il-poplu.