Xufier ta’ 21 sena mis-Siġġiewi sofra feriti ħfief wara li t-trakk li kien qed juża’ għal xogħolijiet bħala parti mill-proġett ta’ triq il-Kosta nqaleb fuq ġenb.
L-inċident seħħ dalgħodu għall-ħabta tat-8.30am qrib id-dahla li taghti għall-Magħtab. Jirriżulta li waqt li kien qed isir xogħol fit-triq, it-trakk, mixer tal-konkrit, għal xi raġuni nqaleb fuq ġenb.
Fil-post waslu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, li taw l-assistenza tagħhom biex ix-xufier ħareġ mill-kabina.
Hu ttieħed b’Ambulanza lejn l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
//= $special ?>