Lokali

Filmat: Jott lussuż jieħu n-nar f’Ta Xbiex

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili dalgħodu ssejħu fil-marina f’Ta’ Xbiex biex jikkontrollaw nirien li ħakmu jott lussuż irreġistrat f’Malta.

Il-ħruq oriġina mill-parti ta’ isfel tal-jott, li kien marbut mal-moll. Għal xi ħin il-fjamma tant kienet qawwija li dehret anke min-naħa ta’ barra tal-jott.

Filwaqt li s-sid jinsab imsiefer, wasal fil-post ir-raġel li jieħu ħsieb il-jott, Britanniku, li qed jgħin lill-Pulizija fl-investigazzjonijiet dwar x’seta’ wassal għal dan l-inċident.

Fil-post waslu wkoll żewġ vetturi tat-tifi tan-nar, bil-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili kienu mgħejjuna mill-ħaddiema tal-Creek Marina, li jmexxu l-marina.