Ħarsa lejn il-gazzetti ppubblikati llum il-Ġimgħa, 20 ta’ Frar.
IN-NAZZJON b’rapport dwar Darren Casha, in-negozjant li ‘twikka’ bil-More Supermarkets wara li sieħbu Ryan Schembri ħarab minn pajjiżna. Casha qed jinsisti li hu jinsab l-Indoneżja fuq negozju. F’aħbar oħra, naqraw illi dan is-Sajf f’Kemmuna tista’ terġa’ tirrepeti ruħha l-istorja tas-sunbeds.
Fl-istess ġurnal naraw illi l-GWU ma tridx tiltaqa’ mal-PN dwar is-sitwazzjoni fl-Enemalta. Intant, il-ġurnal ta’ l-istess union, L-ORIZZONT, ippubblika l-ittra ta’ Tony Zarb li fiha naqraw b’mod ċar illi l-GWU mhix se tilqa’ t-talba tal-PN biex issir din il-laqgħa importanti dwar l-Enemalta.
THE MALTA INDEPENDENT tgħid li l-AFM trid issaħħaħ l-assi marittimi tagħha. L-istess ġurnal jieħu l-kummenti tal-Prim Ministru Muscat dwar l-ISIS, fejn jgħid li Malta trid tkun preparata għal kull forma ta’ theddid terroristiku. THE TIMES OF MALTA tikkwota lill-Prim Ministru Muscat jappella għal soluzzjoni diplomatika fil-Libja.
//= $special ?>