l-GWU qegħda tirrifjuta li tiltaqa’ mal-Oppożizzjoni biex tkun diskussa l-inċertezza li għaddejjin minnha l-ħaddiema tal-Enemalta.
Ilbieraħ l-Oppożizzjoni ħabbret li talbet laqgħa urġenti mal-unions li għandhom membri tagħhom li huma ħaddiema fl-Enemalta.
Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista qal li l-ħaddiema tal-Enemalta u l-familji tagħhom bħalissa għaddejjin minn inċertezza kbira hekk kif qed jinsistu li t-take home pay tagħhom se tkun qed tintmess u qed jintbagħtu jaħdmu f’postijiet oħra b’mod li mhux kulħadd qed jingħata l-istess opportunitajiet.
Fid-dawl ta’ dan, ħabbret l-istqarrija, ix-Shadow Minister tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Therese Comodini Cachia u x-Shadow Minister tal-Ambjent, l-Enerġija u t-Trasport Marthese Portelli bagħtu ittra lit-trade unions kollha li għandhom membri li huma ħaddiema fl-Enemalta, li fiha talbu li ssir laqgħa urġenti dwar is-sitwazzjoni li qed tiżviluppa.
Filwaqt li l-UĦM aċċettat l-istedina, fit-tweġiba tagħha lbieraħ filgħaxija, il-GWU qalet li ma tridx tiltaqa’ mal-Oppożizzjoni.
Kulma kellu xi jgħid fit-tweġiba tiegħu, is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Tony Zarb stieden lill-PN biex jgħid lill-ħaddiema tal-Enemalta li avviċinawh biex jersqu lejn il-GWU biex tassistihom fil-ħtiġiet tagħhom.
//= $special ?>