Madwar 200 Nisrani Palestinjan mxew fit-toroq ta’ Ġerusalemm f’pellegrinaġġ bix-xemgħa b’tifkira tal-Eġizzjani Kopti li nqatlu mill-Istat Iżlamiku fil-Libja. Fl-istess ħin, talbu biex ikun hemm azzjoni internazzjonali iktar b’saħħitha kontra l-militanti biex twieġeb għall-qtil tal-innoċenti.
Fid-dimostrazzjoni tagħhom, il-Palestinjani ġarrew twiebet tal-kartun miksija bi slaleb tad-deheb u żammew ritratti tal-21 Nissrani maqtula fl-aħħar filmat li ħareġ l-Istat Iżlamiku.
Persuni li ħadu sehem fil-mixja qalu li jridu juru s-solidarjetà tagħhom mal-Eġizzjani u mal-Kopti, waqt li juru d-dieqa tal-Insara Palestinjani u ta’ ħbiebhom Musulmani. Saħqu li jixtiequ li r-reġjun tal-Lvant Nofsani “jqum” u jibda jiġġieled lill-Istat Iżlamiku waqt li spjegaw li l-Insara m’għadx għandhom post fejn twieldet ir-reliġjon.
//= $special ?>