Kunsilli Lokali Lokali

Jagħlqu n-nomini: Il-PN b’185 kandidat għall-elezzjoni tal-Kunsilli u l-PL b’177 kandidat

Il-Partit Nazzjonalista b’kollox se jkun qed iressaq 185 kandidat għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali li se jkunu qed isiru fil-11 t’April li ġej. Dan hekk kif il-Ġimgħa filgħaxija għalqu n-nomini għal dawn l-elezzjonijiet.

B’kollox intefgħu 378 nomina, 185 f’isem il-Partit Nazzjonalista, 177 f’isem il-Partit Laburista, 7 f’isem l-Alternattiva Demokratika u 9 Indipendenti.

L-elezzjonijiet se jsiru f’34 lokalità madwar Malta u Għawdex: il-Birgu, l-Isla, Ħal-Qormi, Ħaż-Żebbuġ, is-Siġġiewi, Ħ’Attard, Ħal Balzan, Birżebbuġa, Ħad-Dingli, il-Furjana, il-Gżira, Għajnsielem, Ħal Għargħur, Il-Ħamrun, l-Iklin, Ta’ Kerċem, Ħal Kirkop, Ħal Luqa, il-Marsa, Marsaxlokk, il-Mosta, il-Munxar, in-Nadur, Raħal Ġdid, il-Qala, Ħal Safi, San Ġiljan, San Lawrenz, San Pawl il-Baħar, Santa Luċija, is-Swieqi, ix-Xagħra, iż-Żebbuġ u ż-Żurrieq.

Il-lista’ sħiħa ta’ kandidati għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali tista’ taċċessaha mis-sezzjoni ‘Elezzjonijiet Kunsilli Lokali 2015’ f’dan il-portal, jew billi tagħfas hawn.