Kultura

L-Irxoxt il-ġdid għall-parroċċa tan-Naxxar għall-wiri

Il-Ħadd, dawk id-dilettanti u ammiraturi tal-arti sagra se jkollhom l-opportunità jgawdu l-kapulavur l-ġdid li Alfred u Aaron Camilleri Cauchi qegħdin jaħdmu fuqu.

Din id-darba dawn l-artisti bravi Maltin qed jaħdmu biex ilestu l-istatwa ta’ Kristu Rxoxt għall-parroċċa ta’ Marija Bambina fin-Naxxar.

Din l-istatwa artistika se tintuża fil-purċissjoni li toħroġ Ħadd il-Għid filgħaxija f’din il-lokalità.
Il-vara esibita hi skolpita fl-injam u ilha tinħadem għal din l-aħħar sena. Issa baqa’ l-proċess ta’ kisi bil-ġibs u l-istatwa tingħata ż-żebgħa biex tkompli tissebbaħ.

L-open day fl-istudios ta’ Camilleri Cauchi, li jinsabu fi 15, Triq Wistin Levanzin, il-Fgura, tiftaħ il-Ħadd mid-9am sas-7pm.