Lokali Saħħa

Pazjenti fl-Isptar Boffa jerġgħu jkollhom bżonn ix-xemgħat wara li nqata’ d-dawl

Għat-tieni darba fi ftit jiem, ir-residenti fis-Sala 4 tal-Isptar Boffa spiċċaw fid-dlam u jaraw biss bix-xemgħat wara qtugħ tad-dawl.

Jirriżulta li l-pazjenti rikoverati f’dan l-Isptar spiċċaw ikollhom iżommu x-xemgħat ħdejhom minħabba r-riskju li jinqata’ d-dawl, kif filfatt ġara.

Qraba u familjari ta’ pazjenti rikoverati f’dan l-isptar qalu lil MaltaRightNow.com li hu nkwetanti li fi Sptar daqstant delikat, jinqata’ d-dawl b’mod daqshekk frekwanti. Dan minkejja li d-delikatezza ta’ dan l-Isptar jitlob li dan suppost ikollu alternattiva f’każ li jinqata’ d-dawl.