Sentenza sospiża għal ‘bouncer’ li kiser l-għadma tax-xedaq ta’ raġel li kien Havana. Il-‘bouncer’ ta’ 40 sena, li jaħdem ma’ l-istabbiliment Havana f’Paċeville, ingħata sentenza sospiża wara li ħati li kiser l-għadma tax-xedaq ta’ persuni li kien qed jattendi f’dan il-post tant popolari għad-divertiment. Dan l-inċident seħħ f’Jannar ta’ tliet snin ilu.
Kevin Mallia, minn Tas-Sliema, ġie kundannat sentejn ħabs sospiżi għal erba’ snin wara li nstab ħati li weġġa’ serjament lin-Nicholas Portelli, kmieni filgħodu fit-3 ta’ Jannar tal-2012. Il-kollega tiegħu, Aaron Vella ta’ 28 sena,mill-Mosta ġie lliberat bil-kundizzjoni li ma jagħmilx reat ieħor għal sena, wara li nstab ħati biss li ħebb għal Portelli u l-ħabib tiegħu Yianis Micallef u li kiser il-paċi pubblika.
Il-Maġistrat Anthony Vella sema’ kif Portelli, u s-sieħba tiegħu Siti Vusuni flimkien ma’ Micallef kienu l-Havana, meta Micallef ħassu ħażin u kien għahekk li l-ħbieb tiegħu akkumpanjawh sat-toilet tal-irġiel. Meta Mallia raha lil dawn it-tlieta deħlin it-toilets, huwa uża forza eċċessiva biex joħroġhom minn hemm, u kien hawn li Portellu u Micallef sofrew minbn ġrieħi.
Irriżulta li Portelli spiċċa biex inkisret l-għadma ta’ geddumu u kellu jsirlu ntervent ta’ biċċa metall li ġiet inserita’ lilu biex ikollu “support” . Il-Qorti osservat il-filmati mis-CCTV camera, fejn Mallia deher isawwat lill-vittmi. Mallia instab ħati li kien qed jagħmilha ta’ “bouncer” bla liċenzja u għalhekk ingħatatlu sentenza sospiċa u tpoġġa taħt probation għal perjodu ta’ tliet snin. Peress li ma kienx involut daqstant, Vella ġie lliberat bil-kundizzjoni. L-Ispetturi Godwin Scerri u Luke Bonello mexxew il-Prosekuzzjoni filwaqt li l-Avukati Dalli u Dean Hili deheru għal “Bouncer”.
//= $special ?>