Raġel spiċċa jsofri minn feriti gravi iżda mhux fil-periklu li jitlef ħajtu wara li ħadet arma tan-nar f’idejh waqt li dan kien qed jagħmel dimostrazzjoni dwar kif tintuża fil-Forti Rinella.
Il-każ seħħ il-Ġimgħa, meta impjegat tal-Forti Rinella kien qed jagħmel dimostrazzjoni fuq arma tan-nar. Għal xi raġuni, waqt li r-raġel kien qed jikkarga l-arma tan-nar, din ħadet bil-konsegwenza li r-raġel sofra feriti f’idu.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lir-raġel l-isptar Mater Dei fejn hemmek ġie ċċertifikat li kien qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija għadha qed tinvestiga dan il-każ.
//= $special ?>