CareMalta u SOS Malta ingħaqdu flimkien għal inizjattiva ġdida bil-għan li jsaħħu l-qasam tal-volontarjat f’pajjiżna bis-sehem ta’ ċittadini attivi.
Il-proġett, imsejjaħ VolCare, għandu l-għan li jtejjeb il-kwalita tal-ħajja tal-persuni anzjani li huma residenti fi djar tal-anzjani.
Waqt it-tnedija tal-proġett il-Kap Eżekuttiv ta’ CareMalta Nathalie Briffa Farrugia qalet li l-għan ewlieni ta’ CareMalta huwa li ttejjeb l-kwalita tal-ħajja tar-residenti tagħha. Claudia Taylor East, il-Kap Eżekuttiv ta’ SOS Malta, qalet li l-volontarjat jgħin għall-iżvilupp personali tal-persuna u jgħinnha tibni kuntatti soċjali.
Matul it-tnedija tal-proġett kienet enfasizzata l-importanza tal-volontarjat u l-valuri altruwistiċi ta’ din l-esperjenza għal dawk kollha li jagħżlu li jagħtu ftit minn ħinhom biex jgħinu lil ħaddiehor.
Dawk kollha li huma interessati li jagħtu kontribut fi ħdan VolCare jistgħu jikkuntattja lil VolCare fuq 21335097.
//= $special ?>