Il-Kap tal-Oppożizzjoni b’dikjarazzjoni b’saħħitha u ċara li turi s-serjetà fit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil saħaq li dawk kollha involuti fl-iskandlu tal-Swissleaks għandhom jġorru r-responsabilita’, huma min huma. Simon Busuttil għamel din l-istqarrija ftit wara l-istqarrija ta’ l-opinjonista Michael Falzon.
Fl-istqarrija tiegħu Simon Busuttil saħaq li ma’ jsibiex aċċettabli li uffiċjali pubbliċi u nies f’karigi politiċi jkunu nvoluti f’dan l-iskandlu. Saħaq li dawk f’kariga pubblika jew politika li jinqabdu f’dan l-iskandlu għandhom jamettu u jġorru r-responsabilita’. Sostna li kull min huwa nvolut u għandu xi rabta mal-Partit Nazzjonalista għandu jqis ruħu bħala sospiż b’mod immedjat.
Simon Busuttil qal li huwa ovvja li dawk involuti għandhom jirregolrizzaw il-posizzjoni tagħhom dwar it-taxxa kif titlob il-liġi filwaqt li jħallsu dak kollu dovut. Saħaq ukoll li dawk involuti għandhom iġorru wkoll ir-responsabilita’ għal kull liġi oħra miksura. Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li jekk il-fondi fil-banek Żvizzeri huma dovuti għal xi kariga uffiċjali dawk involuti għandhom iħallsu għat-tradiment tal-fiduċja pubblika.
Simon Busutil qal li sospensjoni ta’ Michael Falzon mill-Partit Nazzjonalista hija waħda b’effett immedjat filwaqt li saħaq li l-posizzjoni ta’ Falzon fuq l-Oil Public Procurement Committee kif maħtur mill-Prim Ministru Joseph Muscat ukoll mhijiex tenibli.
//= $special ?>