Ekonomija Internazzjonali Unjoni Ewropea

Ftehim bejn il-Greċja u l-pajjiżi taż-żona Ewro

Il-gvern Grieg u l-pajjiżi membri fi ħdan iż-żona Ewro waslu fi qbil tard il-bieraħ filgħaxija sabiex l-għajnuna tal-bail out lil Greċja tiġi estiża b’erbgħa xhur. B’hekk ġiet evitata l-possibilita’ li l-Greċja tfalli f’Marzu. Minn naħa tagħa l-Greċja intrabtet li sa nhar it-Tnejn tippreżenta lista ta’ riformi li ser tkun qed twettaq bil-Ministru tal-Finanzi Grieg Yanis Varoufakis iwiegħed li ser jaħdem lejl u nhar fuq din il-lista.

Il-lista trid mbgħad tiġi approvata minn naħa ta’ l-Unjoni Ewropea bir-riskju jkun li jekk il-lista ma’ tkunx realistika l-ftehim jiġi mħassar.

B’hekk issa tul dawn l-erbgħa xhur ser tkompli l-ħidma sabiex tinstab soluzzjoni aktar permanenti għas-sitwazzjoni tal-Greċja.

L-aħbar ta’ dan il-ftehim mill-ewwel rat titjib fil-valur tal-munita Ewro kontra d-Dollaru Amerikan.