Is-Sibt kompla l-programm ta’ workshops tal-Policy Fora tal-Partit Nazzjonalista, fejn ġiet diskussa l-ekonomija u l-ħaddiem. Dan wara li l-Ġimgħa beda l-programm ta’ workshops billi ġiet diskussa s-solidarjeta’ soċjali.
Iktar kmieni din is-sena il-PN ħabbar programm sħiħ ta’ workshops matul is-sena f’oqsma varji.
Il-ko-ordintriċi tal-Policy Fora Therese Comodini Cachia qalet li l-pubbliku hu ingredjent importanti fil-proċess tal-ġenerazzjoni tal-ideat għaliex jgħinu lill-partit jifhem sitwazzjoni partikolari, l-ostakli li jistgħu ikun hemm u realtajiet li mhux dejjem ikunu evidenti għal min mhux involut direttament.
Is-Sibt ġew diskussi temi marbuta mal-ekonomija u l-ħaddiema. Il-workshop tmexxa minn Ivan Bartolo, ċ-Chairperson tal-Forum dwar l-Ekonomija u x-Xogħol li spjega li l-għan ta’ dan il-workshop hu li joħorġu ideat għal Malta.
Il-proċess tal-Policy Fora hu parti minn ħidma sħiħa tal-PN biex ikun il-partit tan-nies u biex ikollu policies kurrenti li wkoll joffru viżjoni għall-ġejjieni.
Fost it-temi li se jkunu diskussa f’dawn il-workshops hemm is-saħħa, il-ġustizzja, il-kultura u l-kreattivita’, ir-riġenerazzjoni soċjali, l-iżvilupp sostenibbli, l-ambjent, l-ekonomija, l-edukazzjoni u Għawdex.
//= $special ?>