Il-kunċert li sar fit-teatru tad-Dar Ċentrali l-Ġimgħa filgħaxija mill-pjanist Taljan Maurizio Mastrini kien suċċess kbir hekk kif is-sala tad-Dar Ċentrali kienet mimlija b’nies li tpaxxew bil-wirja mimlija talent ta’ Mastrini.
Il-kunċert kien organizzat minn Media.Link Communications flimkien ma’ Full House Productions.
Mastrini mhuwiex isem ġdid fix-xena mużikali Taljana bil-fama tiegħu qegħda dejjem tikber. Fatt ferm magħruf dwar Mastrini huwa li normalment fil-kunċerti tiegħu huwa jkun ħafi. Dan l-element oriġinali jabbina b’mod interessanti mat-talent ċar li għandu dan il-pjanist Taljan.
//= $special ?>