Il-Partit Nazzjonalista fi stqarrija qal li għall-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali li se ssir fil-11 ta’ April li ġej, se jkollu total ta’ 185 kandidat. Kważi nofs dawn il-kandidati, jiġifieri 88 kandidat huma ġodda u qatt ma kkontestaw elezzjoni qatt qabel mal-Partit Nazzjonalista. Dan in-numru jkompli jikkonferma kemm il-proċess ta’ tiġdid li għaddej minnu l-Partit Nazzjonalista qed iħalli l-frott mixtieq.
42% tal-kandidati li qed iressaq il-Partit Nazzjonalista għal din l-elezzjoni għandhom anqas minn 40 sena, waqt li 25% minnhom huma nisa. Din l-elezzjoni se ssir biss grazzi għall-insistenza u d-determinazzjoni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, għaliex il-Prim Ministru Joseph Muscat kien diġà ħa d-deċiżjoni li jħassar din l-elezzjoni.
Fil-jiem u ġimgħat li ġejjin, il-kandidati tal-Partit Nazzjonalista se jkomplu jaħdmu u jiltaqgħu man-nies fiż-żjarat fid-djar tkompli tgħid l-istqarrija tal-Partit Nazzjonalista.
//= $special ?>