Lokali

Imut l-eks Assistent Kummissarju Bartholomew Mula

L-eks Assistent Kummissarju tal-Pulizija Bartholomew Mulan miet fl-eta ta’ 67 sena.

Mula serva fil-Korp tal-Pulizija bejn l-1976 u l-2009 filwaqt li ħa l-ġurament għat-tieni l-ogħla kariga fil-Korp f’Diċembru tal-2008.

Membri tal-familja ta’ Bartholomew Mula mxew fil-passi tiegħu u huma wkoll huma membri tal-Korp tal-Pulizija; fosthom ibnu, Spettur fit-Taqsima ta’ Kontra d-Drogi.

Il-funeral se jsir nhar it-Tnejn li ġej, fit-tlieta ta’ wara nofsinhar, fil-Parroċċa ta’ Santa Liena f’Birkirkara.