Persuna bagħtet dan ir-ritratt li juri faxxa ta’ drenaġġ li ħiereġ b’saħħa fil-baħar ‘il barra mill-inħawi Ta’ Barkat fix-Xgħajra.
Dan meta suppost, id-drenaġġ kollu jiġi trattat qabel jintefa’ fil-baħar. Filfatt, lura fl-2011, il-Gvern kien inawgura it-tielet u l-aħħar impjant ta’ trattament tad-drenaġġ fix-Xgħajra bir-riżultat li Malta saret l-ewwel pajjiż fil-Mediterran li jitratta d-drenaġġ kollu qabel ma jintefa’ fil-baħar.
L-impjant f’Ta’ Barkat kien sar b’investiment ta’ €60 miljun u jitratta 80% tad-drenaġġ kollu ġenerat f’Malta.
//= $special ?>