Fi stqarrija l-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba Konservazzjonisti ħabbret li seba kaċċaturi u nassaba, membri tal-FKNK kienu telqu lejn l-Etijopja fejn ħa jibnu skola għat-tfal foqra u fil-bżonn.
Dawn in-nies huma speċjalizzati fi snajja differenti tal-kostruzzjoni kompliet l-istess stqarrija.
L-istqarrija spjegat li l-proġett huwa mmexxi minn Dun Ġorg Grima tal-Moviment Ġesu’ fil-Proxmu, u sar ukoll possibli grazzi għall kontribuzzjonijiet ġenerużi, kemm fi flus kif ukoll f’għodod, li ngħataw mill-Maltin u Għawdxin, speċjalment mill-kaċċaturi u n-nassaba.
//= $special ?>