Lokali

L-Isqof ta’ Bengazi Silvestru Magro jasal Malta wara vjaġġ twil

L-Isqof ta’ Bengazi, il-Malti Silvestru Magro wasal Malta s-Sibt filgħodu wara vjaġġ twil ta’ 28 siegħa mil-Libja. Dan peress li kellu jivjaġġa b’vettura minn Bengazi lejn Tripli, fejn imbgħad mninn hemmek qabad ajruplan lejn Malta.

MaltaRightNow jinsab infurmat li l-Isqof Magro deher għajjien ħafna mal-wasla tiegħu f’Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Hemmek hu ntlaqa’ min-Nunzju Appostoliku tal-Vatikan għal Malta Aldo Cavalli.

L-Isqof Silvestru Magro kien baqa’ jaħdem f’Bengazi minkejja t-taqlib li kien hemm, minħabba l-biża’ li jkun diffiċli għalih li jirritorna lura għall-ħidma pastorali tiegħu mal-komunita’ Nisranija f’Bengazi jekk jitlaq.

Dan is-sit jinsab infurmat li fil-jiem jew ġimgħat li ġejjin, l-Isqof Silvestru Magro se jkun qed jivjaġġa lejn Ruma fejn hemmek mistenni jiltaqa’ mal-Papa Franġisku biex jagħti rendikont ta’ dak li għaddej fil-Libja, partikolarment f’Bengazi.

Lura f’Awissu tas-sena li għaddiet, MaltaRightNow kien intervista lill-Isqof Silvestru Magro. Agħfas hawn biex tisma’ l-intervista li kienet saret.

Ritratt: Arkivji