L-Operazzjoni Triton, għas-salvataġġ tal-immigranti fil-Mediterran, se titwal għal mill-inqas sal-aħħar tas-sena. Il-Kummissjoni Ewropea tat lill-Italja €13.7 miljun għall-emerġenzi b’rabta mal-ażil, l-immigrazzjoni u l-integrazzjoni.
Dan joħroġ minn komunikazzjoni uffiċċjali tal-Kummissjoni Ewropea li spjegat li b’hekk qed tisma’ l-ħtiġijiet ta’ pajjiżi membri u lesta li twieġeb.
L-Operazzjoni Triton bdiet f’Novembru li għadda mill-Frontex bil-għan li tassisti lill-pajjiżi fil-Mediterran biex isalvaw il-ħajja ta’ immigranti f’nofs ta’ baħar. S’issa ġew salvati 19,500 persuna bi spiża ta’ bejn €1.5 u €2.9 miljun fix-xahar.
Il-Ministru tal-Intern fl-Italja, Angelino Alfano, ilbieraħ wieġeb għar-rapporti f’gazzetti Ingliżi dwar attentati ta’ attakki lejn l-Italja permezz tal-immigrazzjoni. Qal li m’hemm ebda konnessjoni diretta bejn l-immigrazzjoni u t-terroriżmu imma anke l-Italja ma tista’ teskludi xejn.
//= $special ?>