L-opinjonista Michael Falzon ħabbar li għalissa se jkun qed jieqaf mill-attivitajiet politiċi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista u l-Oil Procurement Committee.
Dan ikkonfermah hu stess permezz ta’ stqarrija li bagħat lill-midja kollha wara li fl-istess stqarrija kkonferma li kellu kont bankarju mal-HSBC fl-Isvizzera.
Hu qal li fl-2002 iddeċieda li jċaqlaq il-flus mill-kont fl-Isvizzera għal bank ieħor. L-ammont kien ta’ madwar 200,000 lira Maltin; flus li eventwalment ġew trasferiti kollha f’Malta.
Hu qal li l-pożizzjoni fiskali tiegħu f’Malta kienet regolarizzata snin twal, iżda qal li għalissa se jkun qed jieqaf mill-attivitajiet politiċi tiegħu u l-attivitajiet fi ħdan l-Oil Procurement Committee hekk kif riċentament ġew żvelati każi ta’ Maltin li għandhom kontijiet fil-bank HSBC fl-Isvizzera.
//= $special ?>