Internazzjonali

Mijiet tar-Russi qed jiġġieldu ‘għall-ISIS’

L-inkwiet dwar is-sehem tal-ġellieda barranin mal-ISIS kompla jikber fost rapporti li mal-1,700 nazzjonali Russi qed jiġġieldu spalla ma’ spalla mat-terroristi inkwistjoni fl-Iraq.

Dan żvelah Alexander Bortnikov, id-Direttur tas-Servizzi tas-Sigurta Federali tar-Russja, li wissa wkoll li l-ammont tar-Russi ‘li qed jiġġieldu għall-ISIS’ kważi rdroppja fl-aħħar sena.

Bortnikov qed jgħid li, fil-preżent, ‘hemm mal-100 pajjiżi involuti fil-konflitt tal-Iraq’, bil-ġiħadisti barranin li qed jappoġġjaw lill-ISIS jiżdiedu minn 13,000 għal xi 20,000.

Sadanittant, hemm kull possibbilta li r-Russja u l-Istati Uniti, ‘il quddiem – u minkejja d-differenzi tagħhom — jaqsmu l-informazzjoni sigrieta speċifika bl-iskop li jikkumbattu u jegħlbu lill-ISIS.

Filwaqt li ħafna residenti fir-reġjuni Russi tal-Kawkasu qed jitilqu biex jissieħbu mal-kawża qattiela tal-ISIS, jidher li l-fenomenu japplika wkoll għal persuni li ġejjin minn zoni differenti tad-inja. Sadanittanat, imkejjen qrib l-awtoritajiet Russi qalu li għaddejja tfittxija intensiva għal dawn l-elementi perikolużi.