L-artist magħruf bħala Plastic Jesus waqqaf monument fuq Hollywood Boulevard fil-forma tal-istatwa famuża tal-Oscar imma b’siringa f’idu.
L-artist qal li kien ispirat mill-mewt riċenti ta’ Philip Seymour Hoffman li, koinċidenza jew le, ftit sigħat wara li l-istatwa tqiegħdet fil-post ħarġet l-awtopsja li turi li l-attur miet minħabba taħlita ta’ droga fosthom eroina, kokaina, benzodiazepines u amfetamina.
Plastic Jesus qal li żewġ kuġini tiegħu u ta’ martu wkoll mietu b’overdose ta’ eroina.
Il-monument kien intenzjonat li jiġbed l-attenzjoni għall-“iktar sigriet moħbi ta’ Hollywood”, kif hemm miktub fuq il-pedestall tiegħu. Imma ftit biss wara li tqiegħed fil-post, kellu jitneħħa peress li ma kellux il-permessi meħtieġa. Plastic Jesus qal li nhar il-Ħadd, meta hemm l-Academy Awards, hu se jerġa’ joħroġ l-istatwa.
//= $special ?>