Fi stqarrija Transport Malta ħabbret li xogħol li qiegħed isir fi Triq il-Wileġ f’Buġibba biswit Kennedy Drive bħala parti mill-proġett ta’ Triq il-kosta kien wasal fl-istadju li kienet ser issir ħidma fuq is-sistema tad-drenaġġ.
B’hekk parti minn Triq il-Wileġ ser tingħalaq għat-traffiku ġej mill-Qawra lejn Triq il-Korp tal-Pijunieri sabiex b’hekk b’mod temporanju Triq il-Wileġ ssir one-way. It-traffiku mill-Qawra għalhekk issa ser jgħaddi minn Triq Kennedy sabiex dan jasal biswit Kennedy Drive u r-roundabout Ta’ Erba Mwieżeb.
Dan it-tibdil jidħol fis-sehh minn nhar it-Tnejn li ġej. Transport Malta wissiet lis-sewwieqa sabiex jużaw il-prudenza filwaqt li skużat ruħha għal kull inkonvenjent.
//= $special ?>