L-importanza tal-kultura fit-tisħiħ tal-identita tal-pajjiż kienet enfażizzata mill-Kap tal-PN Simon Busuttil meta inawgura wirja ta’ arti fil-Każin Nazzjonalista ta’ Ħal Safi.
Il-wirja, li se ddum miftuħa sat-13 ta’ marzu 2015, qed tittella’ mill-artitisti Adele Borg u Ray Axiaq u mill-iskultur Antoine Farrugia.
Għall-inawgurazzjoni attendew il-Viċi-Kap għall-Ħidma tal-Partit Beppe Fenech Adami, l-ex Prim Ministru Lawrence Gonzi, deputati u kandidati tad-distrett.
Għall-attivita attendew ukoll is-Sindku ta’ Ħal Safi flimkien ma’ rapprezentanti tal-għaqdiet tal-lokal.
Simon Busuttil qal li l-kultura tagħti stimolu fl-iżvilupp tal-bniedem u hi mezz kif il-persuni jersqu flimkien. Hu qal li bil-politika tiegħu il-PN jappoġġja lill-artisti Maltin u jirrikonoxxi l-kapaċitajiet u l-ħilitiet tagħhom.
Filwaqt li l-iskultura ta’ Antoine Farrugia mill-Imqabba hi fil-ġebla Maltija, il-pittura ta’ Ray Axiaq, li ghadu kif gradwa mill-MCAST, hi ispirata minn dak kollu li jseħħ madwaru.
Il-pittura ta’ Adele Borg, li hi l-mara tal-ex Kummissarju Ewropew Tonio Borg, taf l-ispirrazzjoni tagħha minn Brussell u fiha Adele Borg tuża l-watercolour u ż-żejt.
//= $special ?>