Newsfeed tal-Ħadd illejla se jiddiskuti stejjer ewlenin mill-gazzetti fosthom il-każ Swissleaks; is-sitwazzjoni fil-Libja, kif is-Segretarji Parlamentari Ian Borg u Justyne Caruana jinsabu taħt il-lenti f’kontroversji separati, kif ċentri għal persuni bla saqaf fuq rashom jinsabu mimlijin u stejjer oħra mill-gazzetti tal-Ħadd.
Fl-istudio: L-Editur tat-Torca Sandro Mangion; L-Antropologu Opinjonista ta’ The Sunday Times of Malta l-Professur Mark Anthony Falzon u l-Opinjonista Jesmond Saliba; kif kummenti minn edituri u ġurnalisti permezz tat-telefon.
Newsfeed tal-Ħadd jibda fis-18:45 fuq Net Television.
Immexxu l-programm Karl Gouder u l-avukat Alessia Psaila Zammit.
//= $special ?>