Militanti, fil-Libja, li ħalfu lealta għall-grupp terroristiku Stat Iżlamiku (ISIS) ħarġu stqarrija fejn assumew responsabbilta għal attakk fuq ir-residenza tal-Ambaxxatur Iranjan fi Tripli kif ukoll għal attakk ieħor kontra l-ajruport ta’ Labraq lejn il-Lvant.
Dalgħodu, żewġ bombi splodew barra r-residenza tal-Ambaxxatur Iranjan fil-kapitali Libjana, sigħat wara li aggressuri sparaw il-missili lejn l-ajruport inkwistjoni. Mifhum li ma weġġa ħadd f’dawn l-inċidenti.
//= $special ?>