Il-Gvern Grieg qed jimpenja ruħu biex jikkumbatti l-evażjoni tat-taxxa filwaqt li jirriforma s-settur ċivili ħalli jaċċerta mill-estensjoni tal-bailout mingħand il-kredituri internazzjonali.
Dan il-Gvern kien qed jistinka lejn pakkett ta’ riformi li jrid jippreżenta għada lill-istess kredituri, bil-Greċja għandha tingħata estensjoni ta’ erba’ xhur fuq iż-żmien meta trid tħallas lura d-djun b’konnessjoni mal-bailout.
Il-Ministru tal-Istat Grieg, Nikos Pappas, qal li r-riformi proposti għandhom, fl-istess ħin, jistimolaw l-ekonomija Griega; bil-miżuri jgħinu wkoll għal ‘ċivil aktar effettiv’.
Filwaqt li l-aħħar ftehim tal-Greċja mal-Ministri tal-Finanzi Ewropej għandu jestendi l-programm fiskali ta’ emerġenza għall-Greċja, il-kredituri insistew xorta biex dan il-pajjiż, minn għada, jippreżenta l-lista tar-riformi inkwistjoni.
//= $special ?>