Ambjent Lokali

Il-kamp favur il-kaċċa fir-rebbiegħa jippostponi t-tnedija tal-kampanja tiegħu

Waqt il-programm Xarabank tas-6 ta’ Frar, il-President tal-FKNK Joe Perici Calascione kien ħabbar li l-kampanja favur il-kaċċa fir-rebbiegħa kienet se titnieda fil-21 ta’ Frar iżda s’issa jidher li dan ma sarx.

Dan il-postponiment tħabbar mill-preżentatur Peppi Azzopardi waqt il-programm ta’ Xarabank il-Ġimgħa li għadda filwaqt li qal li matul il-programm tas-27 ta’ Frar, il-kamp favur il-kaċċa se jiżvela jekk se jippromovi vot favur il-kaċċa jew inkella favur astensjoni għar-referendum dwar is-suġġett li se jsir fil-11 ta’ April 2015.