Inċident li seħħ ftit tal-ħin ilu fi Triq Sant’Andrija, fis-Swieqi, wassal biex ħoloq problema ta’ konġestjoni fiż-żona.
L-inċident kien jinvolvi vettura li, għal xi raġuni, ħabbtet mat-traffic island tat-triq, fejn saħansitra kissret arblu tat-traffiku.
Il-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili marru fuq il-post fejn offrew l-ewwel għajnuna. Fortunatament is-sewwieq jinsab f’kundizzjoni tajba.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>