It-tmexxija tal-Kunsill Lokali f’San Pawl il-Baħar hija eżempju ċar ta’ kif jitmexxa Kunsill Lokali b’maġġoranza Laburista – ġlied intern, tibdil fil-persuni, u nuqqas ta’ attenzjoni lir-residenti tal-lokal. Fl-aħħar tliet snin, ir-residenti ta’ San Pawl il-Baħar mhux talli ma marrux għall-aħjar, iżda talli t-tmexxija tal-lokal marret għall-agħar.
F’laqgha fil-Kazin tal-Partit Nazzjonalista f’San Pawl il-Bahar, il-Vici Kap tal-Partit Nazzjonalista ghall-hidma fil-Parlament u Shadow Minister tal-Finanzi Mario de Marco tkellem dwar il-ħidma fuq livell lokali tal-Partit Nazzjonalista, u sostna li l-Partit Nazzjonalista qed ikun viċin in-nies hekk kif fil-11 ta’ April, nofs Malta se tkun qed tivvota fl-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali.
Il-Partit Nazzjonalista f’din l-elezzjoni qed jippreżenta 185 kandidat, waqt li l-Partit Laburista għandu 177 kandidat.
Mario de Marco tkellem ukoll dwar l-inċertezza li għaddejjin minnha l-ħaddiema tal-Enemalta, u sostna li l-Oppożizzjoni se tibqa’ tkun it-tarka ta’ dawn il-ħaddiema li tilfu kull fiduċja fil-Prim Ministru u l-General Workers’ Union li tradewhom b’wegħdiet li saru qabel l-elezzjoni u issa ma ġewx miżmuma.
Il-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista rremarka wkoll dwar l-allegat leak li sar minn xi ħadd mill-Kummissjoni Elettoral lil uffiċjal għoli fil-Partit Laburista tal-abbozz tal-protest li kellha tressaq l-istess Kummissjoni. Is-silenzju tal-Kummissjoni fuq allegat każ bħal dan huwa xokkanti, sostna Mario de Marco, li fakkar li skont l-abbozz ta’ liġi mħejji mill-Gvern ta’ Joseph Muscat, din l-istess Kummissjoni se tkun qed tissorvelja l-liġi tal-finanzjament tal-partiti.
L-istess laqgha kienet indirizzata mid-Deputati tat-tnax-il distrett u anke mill-kandidati ghall-elezzjoni tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Bahar.
//= $special ?>