Mijiet ta’ truppi Torok, fil-lejl tas-Sibt u l-Ħadd, daħlu bil-vetturi armati fl-artijiet tas-Sirja lejn it-Tramuntana u evakwaw qabar storiku tal-era Ottomana, flimkien mas-suldati li kienu għassa miegħu.
Il-Prim Ministru Tork, Ahmet Davutoglu, qal li l-fdalijiet ta’ Suleyman Shah, li kien in-nannu ta’ Osman l-Ewwel li waqqaf l-imperu Ottoman, kellhom ikunu trasferiti lejn bnadi oħra tas-Sirja.
Davutoglu, intant, żvela li t-truppi Torok kienu qerdu l-kumpless tal-qabar bil-ħsieb li dan ma jispiċċax f’idejn il-ġiħadisti tal-grupp ISIS li qed jikkontrollaw diversi reġjuni Sirjani.
Suleyman Shah kien miet fis-sena 1236 u t-Turkija tikkunsidra l-qabar tiegħu daqslikieku territorju sovran.
//= $special ?>