Internazzjonali

L-armi kimiċi ta’ Gaddafi f’idejn il-milizzji Libjani

Rapporti ġodda li ħerġin mil-Libja qajjmu ħsibijiet li terroristi tal-grupp Stat Iżlamiku għad jista’ jkollhom f’idejhom kwantita’ ta’ armi kimiċi, liema armi kienu nkisbu fi żmien il-Kulunell Muammar Gaddafi.

Dan wara rapporti li gruppi tal-milizzji fil-Libja kisbu pussess ta’ dawn l-armi li jinkludu mustard gas u l-gass sarin, li jaffettwa n-nervituri.

Dawn ir-rapporti ngħataw mill-gazzetta Għarbija Asharu Al Awsat.

Hu mifhum li l-iżviluppi seħħew fil-provinċji lejn iċ-Ċentru u n-Nofsinhar tal-Libja.

Sadanittant sorsi militari Libjani qalu lil istess gazzetta li l-milizzji qed jużaw dawn l-armi kontra l-armata tal-Gvern Libjana.