L-eks Ministru Nazzjonalista Ninu Zammit ġie sospiż immedjatament mill-Partit Nazzjonalista wara rapporti li kellu kontijiet bankarji fl-Iżvizzera. Dan fid-dawl tal-kontroversja tal-Swiss Leaks.
Din l-aħbar ingħatat fi stqarrija mill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil,l-għada li ġie sospiż minn kull attivita’ fil-partit l-eks Ministru Michael Falzon.
B’reazzjoni għal dan, fi stqarrija, Ninu Zammit ikkonferma li kellu kont bankarju fl-HSBC ta’ Geneva imma nsista li l-flus inġiebu Malta bhala parti minn skema ta’ amnestija offruta mill-Gvern fl-2014.
Simon Busuttil għamilha ċara u tenna l-pożizzjoni tiegħu li kull min hu nvolut fil-każ Swiss Leaks u għandu pożizzjoni fil-Partit Nazzjonalista jista’ jqis ruħu sospiż immedjatament.
Tenna mill-ġdid li kull persuna b’kariga pubblika jew politika għandu jiċċara l-pożizzjoni tiegħu u jġorr ir-responsabbilta’ ta’ għemilu skont il-liġi.
//= $special ?>