Lokali

Misjuba mijiet ta’ sigaretti tal-kutrabandu

Ilbieraħ filgħodu fil-Fgura, il-Pulizija wettqet tfittxjia f’garaxx fi Triq San Xmun, fejn instabu mijiet ta’ sigaretti, f’kaxxi merfugħin fil-kamra.

Il-Pulizija wettqet ukoll tiftix simili f’garaxx f’Bormla, li għandu aċċess għalih l-istess persuna li kellu aċċess għall-garaxx tal-Fgura. Imma f’dan il-garaxx ma nstab xejn.

Jakkumpanjaw lil Pulizija kien hemm membri tad-Dwana.