Lokali

Filmat: Numru rekord ta’ parteċipanti – Simon Busuttil jiġri fil-Maratona ta’ Malta

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil jipparteċipa fin-Nofs Maratona għall-ewwel darba u jtemm it-tiġrija f’siegħa u disa’ u ħamsin minuta

Suċċess hekk kif aktar minn 4,000 persuna pparteċipaw fil-Maratona ta’ Malta 2015 li saret il-Ħadd mikejja xita li niżlet f’diversi inħawi tar-rotta tal-maratona. Persuni minn kull mixja tal-ħajja ipparteċipaw f’din il-Maratona b’risq l-Inspire, fosthom il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil li lesta in-Nofs Maratona ta’ 21 kilometru f’siegħa u 59 minuta.

Fil-Maratona ta’ Malta klassifika fl-ewwel post il-Marokkin Muhammed Hajjy li lesta l-Maratona ta’ 42 kilometru f’sagħtejn, dsatax-il sekonda u 28 milli sekonda.

Il-parteċipanti setgħu jieħdu sehem fil-maratona sħiħa, dik ta’ 42 kilometru, jew inkella fin-Nofs Maratona b’21 kilometru. Tal-ewwel telqet mill-Imdina fis-7.30 ta’ filgħodu, filwaqt li n-Nofs Maratona telqet mill-Imdina ftit aktar tard, fid-9 ta’ filgħodu.

10966941_10153110524998582_1792295092_n

Waqt il-Maratona ta’ Malta pparteċipaw numru kbir ta’ personalitajiet li, fosthom kantanti, artisti u personalitajiet li narawhom spiss fuq it-televiżjoni.

Minkejja x-xita li niħlet f’diversi inħawi minn fejn għaddiet ir-rotta tal-maratona, żgur li spikka s-sodisfazzjoni, minkejja l-għejja, tal-parteċipanti kollha li ħadu sehem f’din il-maratona li saret b’risq l-Inspire.

Ir-rotta tal-maratona għaddiet minn numru ta’ lokalitajiet, fosthom ir-Rabat, il-Mosta, l-Imrieħel, il-Ħamrun, il-Blata l-Bajda, l-Imsida u Tas-Sliema – fejn intemmet il-maratona.
Spikka s-sapport u l-appoġġ ta’ eluf oħra ta’ Maltin li nġabru fit-toroq biex jappoġġjaw lill-parteċipanti kollha tal-maratona.

11005668_10153110526358582_2117309029_n 11005960_10153110521273582_210959625_n 11012212_10153110525908582_1967716090_n 11007579_10153110524903582_750195680_n